Parir fuq Pjanti ta’ Gewwa

Tuesday, 18 October 2011 12:33

 

clip_image001Kull meta trid issaqqi?

Ilma zejjed hija problema komuni fil-pjanti ta’ gewwa. Dejjem ghandek ticcekkja l-pjanta ghandiex bzonn ilma qabel issaqqiha. Ghandek taghmel dan billi ddahhal lapes zewg pulzieri l’isfel fil-kompost. Jekk il-lapes johroġ xott, il-pjanta ghandha bzonn l-ilma. Jekk il-lapes johroġ umdu jew bil-kompost imwahhal mieghu, il-pjanta ma jkolliex bzonn ilma.

Kemm ghandek taghti ilma?

Xarrab il-wicc kollu tal-kompost u ibqa’ saqqi sakemm tara l-ilma niezel minn taht. Dejjem evita li thalli l-ilma fil-plattina għax jitmermru l-gheruq u l-pjanta tikrieh.

Hafna pjanti iridu hafna dawl imma mhux xemx diretta waqt li ohrajn jittolleraw inqas dawl minn xi pjanti ohra; hares lejn it-tabelli tal-pjanti ghall-informazzjoni.

Ghal rizultati ahjar kabbar il-pot kull sena u uza kompost ta’ kwalita’ tajba.

 

[Go Back]

Favorite Products

You need to login to view your Favorite Products

Newsletter