Sigar tac- Citru

Tuesday, 18 October 2011 12:43

clip_image002L-aktar mod komuni li wieħed inissel is-siġar taċ-ċitru hu permezz tat-tilqim fuq selvaġġ li kapaċi jiflaħ għal diversi tipi ta’ mard u insetti, u għal kundizzjonijiet xejn favorevoli fil-ħamrija tagħna. Siġra mlaqqma trid bejn sitta u tmien snin biex tibda tagħmel il-frott, u kapaċi tgħix u tibqa’ tagħti l-frott għal mijiet ta’ snin. Is-siġar taċ-ċitru jikbru l-aħjar f’pajjiżi li għandhom klima bħal tagħna. F’pajjiżna jippreferu inħawi mkennija mir-riħ, postijiet xemxin, u ħamrija fonda. Is-suċċess ta’ ġonna ġodda jkun garantit b’tisqija b’ilma tajjeb u ta’ spiss. Siġar li huma miżbura kull sena u li jingħataw taħlita ta’ demel naturali u artifiċjali, jagħtu frott sabiħ u ta’ kwalita’ għolja. Wieħed irid joqgħod għassa għal ħafna mard tal-insetti li jaħkmu u jagħmlu ħsara liċ-ċitru. L-għar hija d-dubbiena tal-frott li tikkaġuna taħsir u t-twaqqiħ ta’ ħafna frott fil-bidu tal-istaġun.

Ix-xahar ta’ Jannar jista’ jkun nieqes minn xita abbundanti ghalhekk wiehed irid iqid jekk hemm bzonn ta’ tisqija hafifa lis-sigar tac-citru. Iz-zbir tac-citru għandu jsir minn Jannar sa Mejju. Fergħat mejta għandhom jitneħħew u żbir għandha tkun ristretta biex tagħti spazju għall-friegħi l-oħra għall-iżvilupp. Hemm bzonn li issir iz-zabbra biex is-sigar jzommu aktar f’sahhithom. Sigra li ma tinzabarx tixjieh qabel u tidba’ timrad u tnaqqas mill-frott. Anki d-dehra taghha turik li tehtieg attenzjoni specjalment meta tara iz-zkuk niexfa.

 

Kura Generali

Dawl: Xemx dirett
Tisqija: Regolari
Fertilizant : Fertilizant apposta ghac- Citru kull ġimagħtejn meta fil-qsari, jew 12/12/17 meta mhawla fl-art kull 3 xhur.
Kompost: Kompost generali.

 

Varjetajiet ta’ sigar tal-laring:

  • Citrus sinensis – Normal Orange
  • Citrus reticulata – Mandarin (Mandolin)
  • Citrus Fortunella – Kumquat (Kumquat)
  • Citrus Mitis – ‘ornamental orange’ – very sour
  • Citrus Malta – Normal Orange (lumilaring)
  • Tarocco – Blood Orange (tad-Demm)
  • Washington Navel – Orange (tal-bahija)
 

[Go Back]

Favorite Products

You need to login to view your Favorite Products

Newsletter